L-istatwa tad-Duluri    

L-istatwa li hemm fl-intrata tirrappreżenta lill-Madonna Addolorata, u saret mill-kartapesta fl-1890 mid-ditta Galard et Fils ta’ Marsilja, Franza. L-istallet li jidher qed jinfed il-qalb tal-Madonna, jirrappreżenta d-dieqa li hi sofriet matul il-passjoni ta’ binha Ġesù Kristu  u l-mewt tiegħu fuq is-salib.