L-Art Impressjonanti Tal-Bażilika   

Id-disinn tal-art tal-irħam kien oriġinarjament propost minn Ġorġ Grognet de Vassé  stess. Kien ġie mqiegħed mill-imgħallem Taljan Marjanu Spina, mgħejjun minn Antonju Galea. Ix-xogħol ħa sentejn u tlesta fl-1911. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija l-art kellha bżonn restawr minħabba l-ħsara li għamlu l-biċċiet li waqgħu meta bomba Ġermaniża nifdet il-koppla. Il-bomba nnifisha ma splodietx imma s-sabta qawwija fuq l-art kissret parti mill-paviment tal-irħam. Ta’ min jinnota li d-disinn tal-art tal-knisja hu maħsub biex jikkumplimenta d-disinn tal-koppla minn ġewwa.