Il-Kċina

Ħadd ma jgħaddi mingħajr ikel u dan hu normalment ippreparat fil-kċina. Fi kċejjen ta’ dari kont issib kuċinieri tal-pitrolju, borom tal-enamel, twaġen tal-ħadid, u tant iżjed biex ikun jista’ jissajjar l-ikel bl-aħjar mod possibbli. Il-kċina kienet il-qalba tad-dar u l-mara tad-dar kienet ir-reġina tal-kċina tagħha