L-Iskarpan

Ħafna kienu fqar wisq biex jixtru par żarbun ġdid ta’ sikwit, u għalhekk l-iskarpan kien jagħti servizz billi jsewwi u jraqqa’ żraben u sandlijiet qodma u mgħarrqin. L-iskrapan kienu jużaw ħafna għodod tal-idejn fix-xogħol tagħhom u setgħu wkoll jagħmlu żraben u sandlijiet mill-ġilda għal minn kien jista’ jixtirhom.