Il-Mastrudaxxa

Meta l-magni kienu ftit, ix-xogħol tal-artiġjani kien l-uniku soluzzjoni. Ix-xogħol tal-injam kien jipprovdi kull tip ta’ għamara biex timtela d-dar. Il-mastrudaxxa tas-sengħa, bl-użu ta’ għodda sempliċi, kien juri l-ħila tiegħu billi jipproduċi mwejjed, siġġijiet, armarji u tant biċċiet oħra ta’ għamara – uħud sempliċi u bla tiżjin u oħrajn b’dekorazzjoni pjaċevoli.