Il-Ħaddied

Biex tipproduċi oġġetti ta’ utilità mil-landa u l-ħadid kien hemm bżonn ta’  għarfien tas-sengħa. Il-ħaddied kien l-artiġġjan li seta’ jagħmel dan; kien joħloq imrietel, tnalji, mnanar, pali, kif ukoll nagħal għaż-żwiemel, bokkli u tant aktar.  Il-forġa kienet dejjem taqbad, trattab il-biċċiet tal-ħadid li mbagħad kienu jkunu jistgħu jiġu mmartellati fil-forom mixtieqa għall-prodotti ordnati.