Il-Parrukkier

Li taqta’ xagħrek hi neċessità bażika għal ħafna, u għall-irġiel anki t-tqaxxir tal-leħja hu importanti. Il-parrukkier / barbier kien il-bniedem għal dan il-bżonn.  Il-ħiliet li kien hemm bżonn biex taqta’ x-xagħar, tittrimmja l-mustaċċi u l-baffi, tqaxxar il-leħja u neċessitajiet simili, kienu jagħmlu l-ħanut tal-parrukkier / barbier preżenza importanti fl-ibliet u l-irħula, fejn l-imqassijiet, ix-xfafar, il-makkinetti tax-xagħar, il-pniezel u s-sapun tal-leħja kienu għodod ta’ kuljum.