IL-BLANDUN WIEQAF
IL-BLANDUN WIEQAF
Għamel waqfa ħdejn il-Blandun u l-pedamenti tal-knisja l-qadima.
Il-Blandun hu xemgħa kbira li tinxtegħel fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid il-Kbir. Il-fjamma tirrappreżenta lil Kristu bħala simbolu tad-dawl, tama u ħajja ġdida.
Wasalt fl-aħħar stadju ta’ din l-esperjenza – mill-arloġġ tar-ramel, li jfakkar il-passaġġ tal-żmien, sal-fjamma, li tissimbolizza l-kontinwità u t-tama.
Fjamma ma titlef xejn billi minnha tixgħel oħra.
Sempliċiment tagħti bidu għal fjamma oħra.
Aħseb f’dawk li l-qalb tajba, l-għerf jew l-imħabba tagħhom dawlulek ħajtek.
Umbagħad staqsi lilek nnifsek:
X’dawl se nħalli għall-oħrajn?
Jista’ jkun li dan hu dak li Ars Moriendi dejjem stednitna nintebħu bih:
Li billi nirriflettu fuq it-tmiem tal-ħajja nitgħallmu ngħixu bi skop akbar illum.
DIREZZJONI: Meta tlesti aqbad d-direzzjoni lejn is-Siġra tat-Talb fejn l-aħħar parti tal-esperjenza qed tistennik.

