Il-Bennej
Fis-snin passati meta l-ġebla tal-franka kienet aktar abbundanti, il-bennej kont tarah fuq il-lant tal-bini jqatta’, jonġor u jġorr il-knaten. Ma kienx hemm wisq makkinarju u għalhekk ħafna mix-xogħol kien isir b’għodod tal-idejn. Madankollu, l-istrutturi u l-bini lesti kienu jixhdu għall-ħila kbira tal-bennejja Maltin.