Il-Faċċata Tar-Rotunda
Meta tħares lejn il-portiku bil-kolonni tal-Bażilika, tinnota għaxar niċeċ kbar, kull waħda bi statwa ta’ wieħed mit-tnax-il Appostlu ta’ Ġesù. Dawn l-istatwi ġew skolpiti fil-ġebla Maltija tal-franka minn Marku Montebello bejn l-1966 u l-1974. San Pietru (fuq ix-xellug) u San Pawl (fuq il-lemin) jinsabu fuq pedestall, wieħed kull naħa tal-portiku fuq iz-zuntier tal-knisja.
Fuq in-naħa ta’ quddiem taz-zuntier hemm żewġ statwi sbieħ tal-bronż. Dawn jirrappreżentaw lil San Ġużepp u lil Santa Marija u saru mill-iskultura Ċensu Apap.
L-iskrizzjoni matul il-friż tal-portiku: ‘VIRGINI SYDERIBUS RESTITUTAE T.H. MUSTENSES. F.F. A.S. MCCMLVII’, turi l-imħabba tal-Mostin lejn il-Verġni Marija. Bil-Malti l-iskrizzjoni tgħid hekk: Dan it-tempju kien mibni mill-Mostin fis-sena 1857 lill-Verġni li ġiet imtellgħa fil-Ġenna.