Is-Sagristija Tal-Lemin

F’din is-sagristija l-qassisin jippreparaw għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa. Fiha jinstabu l-kwadri ta’ kappillani u arċiprieti li l-Mosta kellha matul dawn l-aħħar 400 sena u pitturi oħra li ġew mogħtija minn benefatturi.

Fin-niċċa l-kbira hemm l-istatwa ta’ Kristu qed iġorr is-salib, xogħol ta’ Karlu Darmanin tal-1869, u li tifforma parti mis-sett ta’ disa’ statwi tal-kartapesta li jirrakkontaw il-Passjoni ta’ Ġesù Kristu. Matul il-Ġimgħa Mqaddsa dawn l-istatwi l-ewwel jitpoġġew fil-bażilika għar-riflessjoni spiritwali tal-fidili u mbagħad nhar il-Ġimgħa l-Kbira jinġarru fil-purċissjoni matul it-toroq tal-Mosta.

L-artal f’din is-sagristija hu ddedikat lil Santa Filomena verġni u martri.