Il-Kripta

Taħt il-Bażilika hemm kripta li kienet isservi ta’ post għad-dfin għall-Mostin sal-1974. Insibu artal ddedikat lill-Madonna tal-Karmelu. Għandna niftakru li fost dawn l-oqbra li jinsabu f’kull kamra tal-kripta hemm midfuna dawk li għamlu tant sagrifiċċji biex jinbena dan it-tempju.