Is-Sagristija Tax-Xellug
Ġo din is-sagristija hemm ħafna kwadri ta’ valur artistiku flimkien ma’ niċċa li fiha hemm l-istatwa ta’ Kristu msallab. Din l-istatwa hi waħda mis-sett ta’ Ġimgħa l-Kbira li diġà ssemmew, u hi xogħol bil-kartapesta ta’ Karlu Darmanin.
L-aktar attrazzjoni mfittxija f’din is-sagristija hi l-monument li jfakkar id-9 ta’ Awwissu 1942 meta bomba Ġermaniża nifdet il-koppla imma ma sploditx. Dan il-monument tal-1992 hu xogħol ta’ Ġanni Bonnici u juri lill-Madonna qed tipproteġi l-knisja tal-Mosta mid-distruzzjoni waqt dak l-attakk.