Il-Kappella Tal-Konverżjoni Ta’ San Pawl   

Il-pittura tan-nofs turi lil San Pawl qed jaqa’ minn fuq iż-żiemel tiegħu fil-mument tal-konverżjoni tiegħu għall-Kristjaneżmu waqt li kien fi triqtu lejn Damasku. Tpittret minn Salvu Barbara fl-1864 l-istess bħall-pitturi tal-ġnub.

Il-pittura fuq il-lemin tippreżenta l-qtugħ ir-ras ta’ San Pawl filwaqt li dik fuq ix-xellug turi lil San Pawl ifejjaq lil missier Publiju, il-kap tal-gżira ta’ Malta f’dak iż-żmien.

l-irħam tal-oqbra f’din il-kappella jfakkru lil membri mejtin tal-familja Mifsud, li kienu benefatturi tal-istess kappella. Il-monument tal-irħam abjad juri lil Mons. Mikelanġ Mifsud li kien iċċelebra l-ewwel quddiesa fil-knisja l-ġdida rotunda fuq l-artal li hemm fil-kor.