Il-Kappella Tal-Kurċifiss

Il-pittura prinċipali turi lil Kristu msallab fuq is-salib, lil ommu Marija u lil San Ġwann ħdejha. Marija Maddalena qiegħda għarkupptejha, filwaqt li fuq wara jidher il-profil ta’ figura femminili. Dan hu xogħol ta’ Injazju Karlu Cortis (1826-1898).

Il-pittura tal-lemin saret minn Ġużeppi Bonnici (1834-1900) u turi lil Kristu qed ikun konfortat minn żewġ anġli fil-Ġnien tal-Ġetsemani.

Fuq in-naħa tax-xellug hemm il-pittura li turi d-difna ta’ Kristu u saret fl-1875, ukoll minn Injazju Karlu Cortis.

F’din il-kappella hemm monument għall-Kappillan Dun Ġammari Schembri li għamel 26 sena jitħabat biex jitlesta l-bini tal-bażilika. Fit-testment ħalla kulma kellu għall-bżonnijiet tal-knisja.