Il-Fonti Tal-Magħmudija 

Il-fonti tal-magħmudija jmur lura għall-1557 u kien rigal tal-Isqof Cubelles lill-ewwel knisja li kien hemm f’dan is-sit. F’dak il-perjodu l-Mosta ma kinitx għadha saret parroċċa, u għalhekk din kienet biss il-knisja prinċipali tar-raħal. Il-kompożizzjoni statwarja ta’ fuq il-fonti turi lil Kristu qed ikun mgħammed minn San Ġwann il-Battista, xogħol fl-injam minn Ċensu Dimech (1768-1831).