Iż-Żewġ Niċeċ, Waħda Kull Naħa Tal-Bieb Ewlieni Tal-Bażilika 

L-Istatwa Titulari Tal-Assunta

Meta tħares lejn il-bieb prinċipali, fuq il-lemin hemm in-niċċa bl-istatwa titulari tal-Assunta. L-istatwa oriġinali kienet saret fl-1868 imma din ġiet modifikata fl-1948 mill-iskultur Ċensu Apap.  Kull sena, fil-15 ta’ Awwissu, il-festa tal-Assunta, din l-istatwa tinġarr matul it-toroq tal-Mosta fuq l-ispallejn f’purċissjoni solenni u ċelebrazzjoni grandjuża.

L-Statwa Tal-Madonna Tar-Rużarju

Fuq ix-xellug tal-bieb ewlieni tara niċċa bl-istatwa tal-Madonna bil-Bambin Ġesù qed iżommu kuruna tar-Rużarju. Din hi statwa barokka maħduma minn Pietru Pawl Zahra fl-1742.