L-Istazzjonijiet Tal-Via Sagra
Il-gwarniċi kbar, minquxa fl-injam u indurati bid-deheb, huma xogħol ta’ Antonju Agius u saru fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin. Mill-banda l-oħra, il-pitturi tax-xeni tal-Via Sagra kienu saru fis-snin bejn l-1791 u l-1796. Interessanti ninnutaw li filwaqt li l-istazzjonijiet I, II, XIII u XIV huma xogħol Antonju Scerri (li kien attiv fis-seklu tmintax), l-għaxra l-oħra ħadimhom Rokku Buhagiar (1715-1805).