KUĊĊARUN FIL-VETRINA U L-VJATKU
KUĊĊARUN FIL-VETRINA U L-VJATKU
Ħdejk hemm żewġ oġġetti konnessi mal-bidu u t-tmiem tal-ħajja.
Wieħed għandu x’jaqsam mat-twelid, l-ieħor mal-mewt u l-aħħar mumenti tal-ħajja.
S’issa segwejna l-esperjenza ta’ persuna waħda.
Minn hawn il-ħarsa se titwessa’ għal fuq il-poplu Mosti, li għalih din il-knisja kienet fiċ-ċentru tal-akbar mumenti tal-ħajja – mit-twelid u ċ-ċelebrazzjoni sat-tislima tal-aħħar, il-ferħ u n-niket.
Il-kuċċarun kien użat fil-magħmudija, fejn membru ġdid jintlaqa’ fil-komunità Kristjana.
Viċin hemm il-Vjatku.
Il-kelma litteralment tfisser “il-forniment għall-vjaġġ”.
Jiġi mogħti bħala parti mill-aħħar riti Kristjani, biex joffri konfort u tama li dawk li jkunu qed jersqu lejn it-tmiem tal-ħajja.
Bejn dawn iż-żewġ mumenti żvolġew il-ħajjiet ta’ ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ Mostin – ġenerazzjonijiet li ffesteġġjaw, għaddew mil-luttu, u sabu sens ta’ komunità bejn dawn il-ħitan.
DIREZZJONI: Viċin issib il-monument ta’ Anġlu Gatt.

