Select Page

Merħba għal Ars Moriendi

Merħba għal Ars Moriendi

Waqt id-dħul ħalli mument biex tħoss l-ambjent ta’ madwarek.

Dan hu post tad-dfin – kripta li fiha nżammu ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ stejjer.

Għal sekli, f’Malta, bħal f’pajjiżi oħra Ewropej, in-nies kienu jiġu midfuna taħt il-knejjes parrokkjali tagħhom, u hekk jibqgħu qrib il-komunitajiet li kienu jagħmlu parti minnhom. Dawn l-ispazji saru aktar minn imkejjen ta’ mistrieħ; saru postijiet ta’ memorja.

Hawnhekk qegħdin jistrieħu l-Mostin. Nistiednukom tesploraw dan l-ispazju bl-istess sentiment li jintwera lejn xi ħadd li kontu tħobbu.

Filwaqt li din l-esperjenza tiżvolġi fost l-oqbra, verament din mhix dwar il-mewt. Hi dwar il-ħajja – u dwar l-uniku element li naqsmu flimkien: iż-żmien.

F’din l-ewwel waqfa, arloġġ tar-ramel jimmarka l-passaġġ tal-ħin.

Kull farka ramel li tinżel, bla ħoss, tfakkarna f’kull mument li jgħaddi u ma jerġax jiġi.

Ars Moriendi tfisser L-Arti ta’ Kif Tmut Sewwa.

Għalkemm darba din kienet gwida ta’ kif tiffaċċja l-mewt fil-paċi, din issa qed tistedinna biex nistaqsu mistoqsija differenti:

Kif irridu ngħixu, filwaqt li nafu li ż-żmien huwa limitat?

Ġorr miegħek din il-mistoqsija filwaqt li tkompli lejn il-pass li jmiss.

DIREZZJONI: Ikser fuq ix-xellug u segwi r-rotta lejn il-Penitent.