Il-Fuħħar
Fil-passat it-tafal kien materja prima għall-produzzjoni ta’ varjetà ta’ kontenituri. Buqari, borom, katusi tal-ilma, buġiji, u tant oġġetti oħra kienu jsiru mill-fuħħari, maħdumin bl-idejn fuq ir-rota tax-xogħol u wara moħmijin ġo forn jaħraq ħafna.