Il-Sennien
Sakemm l-għodda kienet taqta’, ix-xogħol kien jitlesta b’riżultati tajbin. Madankollu, meta l-imqassijiet, l-imnanar, l-iskieken, l-imnieġel, u tant għodod oħra ma kinux jibqgħu jaqtgħu daqs qabel, kull ħaddiem, mara tad-dar u artiġġjan kienu jfittxu s-sengħa tas-sennien li kien jerġa’ jagħti l-ħajja permezz tal-ħaġra tal-mola lil dik l-għodda li ma taqtax.