Il-Ħajjata
Il-ħwejjeġ huma importanti għal ħafna raġunijiet: biex nipproteġu ġisimna mill-elementi, biex nidhru puliti f’okkażjonijiet speċjali, biex ikollna l-uniformijiet, ħwejjeġ għal bżonnijiet partikulari, u tant aktar. Il-ħajjatin huma dawk il-persuni li għandhom nirrikorru meta niġu bżonn xi tip ta’ ħwejjeġ. Il-magna tal-ħjata, il-labar u l-ħajt huma l-għodod bażiċi biex jinħietu ħwejjeġ ġodda jew jissewwew dawk qodma.