Il-Landier
Il-landier kien jivvjaġġa minn post għal ieħor u jpoġġi fil-kantunieri fit-toroq Maltin. Il-landier kien jagħmel xogħol importanti. Bis-saldatur jaħraq u l-biċċiet tal-istann kien isodd it-toqob u jsalva borom, kzazel, friskaturi, bramel u reċipjenti oħra tal-metall milli jiġu mormija. Il-ħila tal-landier kienet ukoll neċessarja biex isiru oġġetti bħal fanali tal-metall, pinnuri u ħafna aktar.