Ir-Rotunda tiġi mgħollija għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri: 31 ta’ Mejju 2018

Is-salib bi tliet lasti orizzontali – dik ta’ isfel hi l-itwal filwaqt li dik ta’ fuq nett hi l-iqsar – hu simbolu tal-uffiċċju tal-Papa. It-tliet lasti mimdudin jirrappreżentaw it-Trinità Qaddisa u simboli papali oħra. Kien il-Papa Franġisku li, permezz ta’ digriet papali, għolla din il-knisja għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri.