Il-Kappella ta’ San Anton Abbati – folklor u t-tberik tal-annimali

Il-kappella hi ddedikata lil qaddis li hu miżmum bħala protettur speċjali tal-annimali. Il-binja preżenti ittellgħet fl-1757 u poġġewha taħt il-patrunaġġ ta’ San Anton Abbati li għex fl-Eġittu madwar is-snin 250 u 355 wara Kristu. Fuq x-xellug meta tħares lejn dil-kappella, tara rappreżentazzjoni ħelwa tal-qaddis, statwa li turi lil San Anton b’ħanżir maġenbu.

Ta’ min isemmi ċ-ċerimonja annwali tat-tberik tal-annimali li ssir quddiem din il-kappella fil-Ħadd li jiġi wara s-17 ta’ Jannar.  

Din hi manifestazzjoni ta’ mħabba lejn l-annimali, fejn tfal u kbar iġibu l-pet u annimali oħra biex jitbierku, bdiet fl-1962 u għadha ssir sal-lum. 

Direzzjoni