Ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone – arkitettura rurali

Il-kampanja Mostija fil-passat kienet waħda idillika, magħmula minn għelieqi u art mogħxa. Ħitan tas-sejjieħ kienu jimmarkaw il-perimetri tal-għelieqi u proprjetajiet oħra, filwaqt li r-raħħala u vjaġġaturi oħra kienu jgħaddu mit-trejqat dojoq ta’ dan il-pajsaġġ rurali. Kien hemm strutturi rustiċi varji mxerdin fil-kampanja sakemm l-iżvilupp biddel dan kollu.

Eżempju sabiħ ta’ binja ta’ razzett fil-Mosta li hi miżmuma tajjeb u li tista’ tammiraha, hi dik li qabel kienet tal-familja nobbli Mallia-Tabone. Dan ir-razzett jinsab viċin ħafna ta’ Wied il-Għasel u nbena fis-seklu sbatax. 

Imsemmi għall-Markiż Mallia-Tabone – il-Markiż tal-Fiddien – dan ir-razzett restawrat ilu mill-1998 iservi bħala s-sede tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti u hu ċentru ta’ kultura u filantropija.     

Direzzjoni