Id-dolmen ta’ Wied Filep – wirt preistoriku

Fil-Mosta nkixfu numru ta’ fdalijiet pre-istoriċi matul is-snin. Minn Żmien il-Bronż (madwar 4100 sa 2500 qabel Kristu) għadek tista’ tara żewġ strutturi qishom mejda, fiż-żona li antikament kienet magħrufa bħala Wied Filep. Bħalissa dawn il-fdalijiet jinsabu viċin ħafna tal-bini li kien beda jiġi żviluppat min-nofs is-snin tmenin.

Il-kelma Dolmen hi mibnija mill-kelmiet ‘toqba’ u ‘mejda’ u tiddeskrivi l-forma ta’ dawn l-istrutturi li qishom mejda kbira magħmula minn ħaġra mimduda li qed isserraħ fuq oħrajn u li fil-qalba bejniethom hemm vojt jew toqba. Dawn id-dolmen jista’ jkun li kellhom użu bħala postijiet għad-dfin imma fil-verità għadna ma nafux eżatt x’kienet il-funzjoni tagħhom.

L-iskoperta tad-dolmen tal-Mosta tmur lura għas-sena 1908, u dawn it-tnejn li baqa’ llum kienu l-ewwel strutturi ta’ dan it-tip li nstabu f’Malta.   

Direzzjoni