Il-Kappella ta’ Santa Margerita – pesta u patrimonju
Il-kappella li naraw illum inbniet fl-1771 u tikkonsisiti f’binja żgħira tipika tal-kappelli tal-kampanja f’Malta. Fl-antik kienet weħidha f’nofs ix-xagħri, u kienu jżuruha l-aktar il-kaċċaturi u l-bdiewa li kienu jikkaċċjaw jew jaħdmu r-raba’ ta’ dawk l-inħawi magħrufa bħala Tal-Wej – u li llum huma protetti minħabba l-importanza ekoloġika u kulturali tagħhom.
Din il-kappella saret tifforma parti minn qasam tad-djar li ħa ismu mill-qaddisa titulari ta’ din il-kappella, jiġifieri Santa Margerita ta’ Antjokja. Ċimiterju ddedikat lil San Rokku kien iffurmat madwar din il-kappella biex jindifnu fih il-vittmi tal-pesta li kienet laqtet lil Malta fl-1592. Baqa’ żewġ lapidi minn dak iż-żmien li huma ppreservati hawnhekk.
Din il-kappella interessanti sarilha xogħol ta’ restawr matul is-snin disgħin u hi mħarsa mill-komunità tal-post u tintuża għal attivitajiet varji.
Direzzjoni