Il-Ġnien Pubbliku tal-Għarusa tal-Mosta – storja u serħan
Dan il-ġnien pubbliku, magħruf bħala Ġnien l-Għarusa tal-Mosta, jinsab fil-limiti tal-Mosta fit-triq li tieħu lejn Burmarrad. Dan il-ġnien hu lok ta’ serħan u rilassament, ’il bogħod mill-ħsejjes tad-dinja moderna. Dan il-post, madankollu, joffri wkoll esperjenza kulturali li tissorprendi lill-viżitatur.
Parti mill-perimetru tal-ġnien hu ffurmat mill-ħajt tas-sistema difensiva tas-seklu dsatax magħrufa bħala l-Victoria Lines. Din hi l-verżjoni Maltija tal-Ħajt il-Kbira taċ-Ċina u li nbniet biex tipprovdi barriera protettiva bejn il-Tramuntana ta’ Malta fejn kienu jgħixu ftit nies u n-Nofsinhar tal-gżira li kienet ippopolata sew. Il-fortifikazzjoni ssegwi t-tul tal-Qasma l-Kbira jew il-Great Fault, u li taqsam il-gżira ta’ Malta min-naħa għall-oħra, mil-Lvant għall-Punent.
Fil-ġnien hemm teatru Grieg modern minn fejn wieħed jista’ jgawdi xenarju tassew sabiħ tal-parti ta’ fuq ta’ Malta. Taħt il-ġnien hemm xelter nukleari ta’ żmien il-Gwerra Bierda.
Direzzjoni