Triq il-Kurat Calleja – benefattur tar-Rotunda

Din t-triq dejqa tieħdok sal-pjazza prinċipali tal-Mosta u l-Bażilika tal-Assunta. Kienet l-aktar triq prattika biex tasal fiċ-ċentru tar-raħal mill-inħawi ta’ Ħ’Attard jew Ta’ Qali. Għandha sinifikat storiku għall-Mosta u minn jgħaddi minnha jħoss l-emozzjoni tal-passat waqt li jkun miexi lejn ir-Rotunda li tfeġġ fil-kobor kollu tagħha quddiemek hekk kif toħroġ minn dit-triq għal ġol-pjazza.

Triq il-Kurat Calleja hi msemmija għall-fundatur tar-Rotunda, jiġifieri Dottor Dun Feliċ Calleja. Dan il-kappillan tar-raħal li ħa ħsieb il-parroċċa tal-Mosta bejn l-1797 u l-1833, kien ħolom li jibni knisja ġdida meta l-komunità bdiet tiżdied fin-numru.

Ħalla ġidu u ta l-enerġija tiegħu kollha għal dal-proġett li hu ma rnexxilux jarah jibda għax miet fl-1833 ftit żmien qabel ma kellu jibda l-bini.

Direzzjoni