Il-Kappella tan-Nawfraġju ta’ San Pawl – graffiti votivi
Dil-kappella intriganti tinsab f’Wied il-Qlejgħa, u hi ddedikata lil San Pawl Nawfragu. Din inbniet mill-ġdid fl-1690 fuq stil barokk ħafif. Għalkemm kienet kappella privata, offriet servizz lir-residenti tal-inħawi billi kien jiġi ċċelebrat il-quddies. Karatteristika ta’ importanza kbira u ta’ interess qawwi hija l-kollezzjoni ta’ graffiti ta’ xwieni u oġġetti oħra li tħallew ma’ parti mill-ħitan ta’ barra ta’ din il-knisja.
Dawn huma ex-voto mnaqqxa mill-fidili fis-sekli li għaddew u li l-kundizzjoni tagħhom għadha tajba biżżejjed biex ikunu studjati u gawduti.
Il-parti l-kbira tal-graffiti juru qxura tal-baħar, u għalhekk jindikaw il-konnessjoni man-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta fis-sena 60 wara Kristu. Baħħara, passiġġieri u oħrajn li ħallew dawn il-graffiti ħassew li kellhom jagħmlu dawn il-wegħdi, juri l-gratitudni u jesprimu t-talb tagħhom lejn San Pawl, qaddis li kien jaf sew x’inhi l-qilla tal-baħar.
Graffiti oħrajn jinkludu s-salib tat-tmien ponot li jfakkar fl-Ordni ta’ San Ġwann, il-palma tal-id, logħba, u graffit wieħed li jirrappreżenta qatta’ qamħ.
Direzzjoni