Il-Kappella ta’ San Silvestru – l-aħħar festa tas-sena
Dil-kappella ċkejkna nbniet fl-1657 minn Silvestru Fiteni, kavallier tal-Ordni ta’ San Ġwann, u ddedikaha lill-Papa San Silvestru I, l-qaddis ta’ ismu. Għalkemm illum din il-kappella tinstab f’nofs triq traffikuża, dan ma kienx hekk minn dejjem għaliex fi żminijiet oħra kienet fil-kwiet fit-tarf tal-Mosta.
Għandha arkitettura sempliċi imma eleganti, u għalkemm żgħira, minn ġewwa hi interessanti u tinkludi pittura sabiħa fuq l-artal li turi lil San Silvestru fil-glorja tiegħu, xogħol ta’ Stefano Erardi. Il-festa ta’ dal-qaddis tiġi ċċelebrata fil-31 ta’ Diċembru mill-Knisja Kattolika tal-Punent u dil-ġurnata hi appuntu magħrufa bħala Jum San Silvestru. Dan il-qaddis kien miet fil-31 ta’ Diċembru tas-sena 335 wara Kristu.
Direzzjoni