It-Torri Cumbo – leġġenda u t-theddida tal-kursari.

It-Torri Cumbo huwa proprjetà privata bi storja twila. Fiż-Żmien tan-Nofs kien tal-familja Cumbo, familja magħrufa u stmata. It-torri preżenti nbena fis-seklu dsatax, imma jidher li qabel kien hemm torri jew palazz ieħor li kien r-residenza ta’ Ġulju Cumbo.

Dan il-ġentlom kien wieħed mill-ġurati fil-gvern Malti. Madwar l-1524 hu tilef lil bintu Marjanna għax din ġiet maħtufa mit-Torok jew il-Mori u meħuda bħala lsira fil-jum li kellha tiżżewweġ. Jingħad li l-għarus tagħha vvjaġġa kemm felaħ biex ifittex lill-maħbuba tiegħu Marjanna. Din l-istorja sawret il-leġġenda ta’ l-Għarusa tal-Mosta.

It-Torri Cumbo preżenti għandu tliet sulari u l-art li jagħmel parti minnha tikkonsisti f’ġonna, kwartieri għas-servitù u stalel fejn kienu jinżammu ż-żwiemel. Hemm ukoll ipoġew tad-dfin ċkejken tal-familja li jmur lura għaż-żmien bikri tal-Kristjaneżmu. Mal-faċċata tal-ħajt ta’ barra hemm niċċa bi statwa ta’ San Mikiel. Dan it-torri ta sehmu matul it-Tieni Gwerra Dinjija meta serva bħala mess tal-uffiċjali.    

Direzzjoni