Il-Ħassiela

Il-ħwejjeġ kienu jeħtieġu ħasla kull darba li jitħammġu. Filwaqt li xi wħud kienu jaħsluhom id-dar tagħhom, kien hemm ukoll nies li joffru dan is-servizz. Banjijiet kbar taż-żingu jew tal-ħadid, sapun tal-ħasil kbir, kubetti tal-bluna għall-ħwejjeġ bojod, u apparat ieħor tal-ħasil, kienu jgħinu biex il-ħassilin ikollhom riżultati aktar sodisfaċenti.