L-Iskrizzjoni Madwar Il-Koppla
Aktar ’il fuq mis-sittax-il tieqa ta’ madwar it-tanbur tal-koppla, tista’ tara gwaniċun kbir li fih hemm skrizzjoni bil-Latin: ‘MARIA VIRGO ASSUMPTA EST AD AETHEREUM THALAMUM IN QUO REX REGUM STELLATO SEDET SOLIO’, li tfisser: Il-Verġni Marija tittella’ fid-dar tas-sema, fejn ir-Re tar-Rejiet ipoġġi fuq it-tron stellat tiegħu.